Lokali

FILMAT: Fearne jinsisti li Muscat kellu dritt jipprova jwaqqaf l-investigazzjoni dwar Egrant

Id-Deputat Prim Ministru pressat dwar l-iskandli f'Malta mill-ġurnalist internazzjonali Tim Sebastian

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne insista qatta’ bla ħabel li l-Prim Minsitru Joseph Muscat kellu dritt li jmur il-Qorti biex jipprova jwaqqaf l-investigazzjoni dwar Egrant milli ssir.

Fearne kien qed jiġi invtervistat mill-ġurnalist veteran Tim Sebastian fuq l-istazzjon Deutsche Welle, u mistoqsi għaliex Muscat mar il-Qorti biex jipprova jwaqqaf inkjesta milli ssir. Pressat, id-Deputat Prim Ministru baqa’ jiddefendi u jgħid li Muscat għandu dritt ma jħallix il-verità milli toħroġ.

Il-ġurnalist, magħruf l-aktar għal meta kien jippreżenta l-programm ‘Hardtalk’ fuq il-BBC, pressa lil Chris Ferne ukoll dwar numru ta’ suġġetti oħra – fosthom ir-raġuni għaliex Muscat żamm miegħu lil Konrad Mizzi u Keith Schembri minkejja li nqabdu b’kumpaniji sigrieti fil-Panama.

Dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Chris Fearne kien mistoqsi dwar ir-raġuni għaliex xi ħadd ħass li kellu jelimina l-ħajja ta’ Caruana Galizia. Dwar l-istess każ, Fearne kien pressat biex jgħid jekk il-Gvern hux se jqis il-każ solvut sempliċiment għax ġew arrestati tliet persuni.

Id-Deputat Prim Ministru kien mistoqsi wkoll dwar il-mod kif pajjiżna għodos ‘l isfel fl-indiċi ta’ Transparency International u dwar l-intiena fil-kuntratti li l-Gvern iffirma ma’ Vitals Global Healthcare – suġġetti li dwarhom id-Deputat Prim Ministru ddefenda lill-Gvern.