“Maratona ġbir ta’ fondi li mill-ewwel rajna li se tkun opportunità tajba ħafna – mhux biss għall-flus biex il-Partit Nazzjonalista jqum fuq saqajh finanzjarjament, iżda wkoll serviet bħala appoġġ għall-amministrazzjoni l-ġdida – partikolarment għall-Kap il-ġdid tal-Partit Adrian Delia u għad-direzzjoni li jixtieq jieħu lill-Partit Nazzjonalista”, kliem iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Media.link Communications Pierre Portelli waqt intervista fuq il-programm NET Live.
Fl-intervista tiegħu, Pierre Portelli semma’ kif din l-amministrazzjoni l-ġdida kellha biss tliet ġimgħat minn mindu ġiet maħtura biex taħdem għal din il-maratona ġbir ta’ fondi – iżda xorta waħda l-Partit Nazzjonalista rnexxielu jiġbor somma fenomenali. Semma’ li f’dawn it-tliet ġimgħat xorta waħda t-tmexxija l-ġdida ħadmet bla qatigħ biex kisbet dan ir-riżultat – u kif ukoll iltaqgħu ma’ bosta nies.
L-istess Pierre Portelli tenna li mir-rispons tan-nies dwar il-politika li qed jaddotta il-Partit Nazzjonalista, jidher li l-politika pożittiva qed tħalli impatt tajjeb.
Fl-istess intervista, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Media.link Communications tkellem ukoll dwar it-tibdil importanti li se jsiru fl-iskeda ta’ NET Television minn Jannar li ġej. Fl-istess ħin Pierre Portelli qal li Media.link Communications diġà qed taħdem fuq l-iskeda li jmiss minn Ottubru ta’ NET Television.
Kompla li biex il-kumpanija tibda trendi l-qliegħ, l-ewwel iridu jsiru l-ispejjeż neċessarji u investimenti bżonnjużi – fosthom li jitkompla l-proġett tax-xandira HD fuq NET Television.
Tkellem fuq proġetti oħra fosthom il-Librerija diġitali, u kif ukoll li ssir sistema’ online ta’ programmi on demand bħal stazzjonijiet lokali oħra.
//= $special ?>