Il-Prinċep Harry tal-Ingilterra se jiżżewweġ lill-attriċi Amerikana, Meghan Markle, fid-19 ta’ Mejju li ġej, skont ma żvelaw sorsi fil-Palazz ta’ Kensington.
Harry u Meghan kienu kkonfermaw l-engagement tagħhom ix-xahar li għadda, biċ-ċerimonja taż-żwieġ se ssir fil-Kappella ta’ San Ġorġ, fil-Kastell ta’ Windsor. Il-Familja Rjali se tħallas għat-tieġ, kif ukoll għas-servizz reliġjuż, il-mużika u l-fjuri għall-okkażjoni.
Is-sorsi fil-Palazz ta’ Kensington ikkonfermaw ukoll li Harry u Meghan se jkunu qed iqattgħu l-Milied mar-Reġina Eliżabetta, f’Sandringham.
Il-prinċep u l-attriċi, fil-bidu tax-xahar, kellhom l-ewwel impenn pubbliku uffiċjali f’Nottingham fejn ingħataw merħba kbira min-nies entużjażmati.
Qabel iż-żwieġ, Meghan Markle, li hi Protestanta, se tkun mgħammda u konfermata bħala membru tal-Knisja Anglikana
Intant, il-jum taż-żwieġ ta’ Harry u Meghan se jsir fl-istess jum tal-finali tal-futol tal-FA Cup li l-Prinċep William, ħu Harry, is-soltu jattendi għaliha fir-rwol ( onorarju) ta’ President tal-FA Ingliża.
//= $special ?>


