Għas-sittax ‘il sena konsekuttiva ġie mnedi l-kalendarju mtellgħa minn Joe Chetcuti il-prezentatur tal-Programm ‘Marċi u Bandalori’ fuq Radio 101. Dan il-Kalendarju, huwa mfittex minn bosta dilettanti tal-baned u l-marċi.
Issa dan il-kalendarju dahal fis-sittax-il sena tiegħu, l-istess bħall-programm Marċi u Bandalori li Joe Chetcuti ilu jixxandar sittax-il sena sħaħ mingħajr interruzzjonijiet.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia rrikonoxxa l-fatt li t-tradizzjoni tal-festi f’Malta hija waħda importanti hekk kif tgħaqqad l-irħula flimkien.
Preżenti għal din kien hemm il-Viċi Kapijiet David Aguis u Robert Arrigo, s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ media.link communications Pierre Portelli, kif ukoll uffiċċjali oħra tal-Partit u media.link communications.
//= $special ?>
