Internazzjonali

L-Olanda: Raġel armat ferut fl-ajruport ta’ Schiphol

Il-Pulizija Olandiżi qalu li sparaw għal raġel u ferewh wara li dan ħareġ sikkina u beda jxejjirha fid-direzzjoni tagħhom fl-ajruport ta’ Schiphol, fil-belt ta’ Amsterdam. Ir-raġel, imbagħad, inżamm taħt arrest, bl-emerġenza twassal għall-evakwazzjoni parzjali tal-ajruport, li hu fost l-aktar attivi fl-Ewropa.

Intant, is-sitwazzjoni, issa, tinsab taħt kontroll u ‘mhemmx periklu’ fl-ajruport. Ma weġġa’ ħaddieħor fl-inċident u kelliema għall-awtoritajiet ma jemmnux li kien hemm xi intenzjoni terroristika min-naħa tar-raġel li qiegħedjgħin fl-investigazzjonijiet tal-pulizija.

L-aħħar rapporti qalu li l-ajruport u l-Plaza ta’ Schiphol huma miftuħin lill-pubbliku, bl-inċident ma jaffettwax it-traffiku tal-ajru.