Internazzjonali

Palestinjani maqtula waqt konfronti ġodda f’Gaza

Tliet Palestinjani nqatlu f’Gaza waqt konfronti ġodda mat-truppi Iżraeljani fl-artijiet qrib il-fruntiera.

Intant, weġġgħu ‘il fuq minn 100 f’Gaza u fix-Xatt tal-Punent okkupat fost protesti ġodda kontra l-għarfien ta’ Ġerusalemm bħala l-kapitali ta’ Iżrael min-naħa tal-President Amerikan, Donald Trump.

Il-vjolenza fir-reġjun żdiedet sew minn dakinar tad-dikjarazzjoni ta’ Trump, b’Iżrael iqis il-belt sħiħa ta’ Ġerusalemm bħala l-kapitali tiegħu. Dan waqt li l-Palestinjani jridu s-settur tal-Lvant ta’ Ġerusalemm ( li ilu okkupat minn Iżrael mill-1967) bħala l-kapitali ta’ Stat futur tal-Palestina.