Kurżitajiet Lokali

FILMAT: Se jirritorna l-cartoons popolari Holly e Benji

Mis-sena d-dieħla bil-possibilta' ta' karattri ġodda

Id-dilettanti tal-cartoons Holly e Benji għandhom quddiemhom sena mimlija episodji għaliex issa hemm il-konferma li s-serje popolari se tirritorna fl-2018. Dan bi preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja fir-Russja.

Oliver Hutton u Benji Price se jkunu qed jirritornaw fil-grawnds ‘muntanjużi’ tal-Ġappun. Fil-fatt, diġa’ ħareġ l-ewwel trailer tas-serje l-ġdida. Fil-Ġappun, Holly e Benji se jirritorna minn April.

L-appasjonati ta’ dan il-cartoons se jaraw ir-ritorn ta’ Mark Landers, Bruce Harper, Phillip Callaghan, Julian Ross u t-tewmin Derrick.

Hemm ukoll xniegħat li fis-serje l-ġdida naraw il-karattri ta’ Lionel Messi u Cristiano Ronaldo jikkompetu mal-istillel tal-Ġappun.