Lokali

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku fil-Marsa

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Sewwieq ta’ mutur ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ għal xi 14.30hrs fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa, meta seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Kawasaki Ninja misjuq miż-żagħżugħ u vettura tat-tip Suzuki Swift, misjuqa minn tfajla ta’ 27 sena, residenti ż-Żurrieq.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater għall-kura, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.