Lokali

Tirnexxi serqa minn banka tal-lottu f’Ħal Tarxien

Żewġt irġiel serqu ammont ta’ flus kontanti minn banka tal-lottu fi Triq Raħal Ġdid, Ħal Tarxien.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar tal-ġimgħa hekk kif żewġt irġiel mgħammda, b’wieħed minnhom allegatament kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, talbu l-flus lill-impjegata ta’ 50 sena residenti n-Naxxar. Fil-post kien hemm ukoll mara ta’ 67 sena residenti Ħal Tarxien stess.

Il-Pulizija kkonfermaw li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, filwaqt li ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Scerri Herrera li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.