Lokali

Trakk mgħobbi bil-ġebel jinqaleb fi Triq il-Mitjar Ħal Luqa

Ħadd ma weġġa’ meta trakk tal-ġebel inqaleb fuq il-ġenb tat-triq f’Ħal Luqa. L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu meta t-trakk kien għaddej mgħobbi bil-ġebel fi Triq il-Mitjar u nqaleb għal fuq il-ġenb tat-triq.

Il-ġebel li waqa’ fil-ġenb tat-triq tneħħa b’gaffa u tgħabba fuq trakk ieħor. Fil-post issejħu l-Pulizija, li taw l-ewwel għajnuna u ħadu ħsieb l-immaniġjar tat-traffiku. Il-Pulizija kkonfermat ma’ dan is-sit li ħadd ma’ weġġa’.