Lokali

Uffiċjali tal-Pulizija midruba waqt li kienu fuq xogħolhom

Dalgħodu numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija spiċċaw attakkati fil-limiti tal-Mosta waqt li kienu qed jassistu uffiċjali mid-Dipartiment tal-Artijiet kif ukoll membri mill-Animal Welfare f’ħidma kontra  xi persuni li allegatament okkupaw artijiet illegalment. Mill-post tneħħew ukoll ammont ta’ annimali fosthom klieb u żwiemel, b’uħud mill-klieb hu rrappurtat li kienu insterqu mingħand sidhom.

Fuq il-midja soċjali il-President tal-Police Officers Union Sandro Camilleri  spjega li għadd ta’ uffiċjali sofrew xi ġriehi b’Surġent isofri saħansitra gdim u ttiħdulu t-testijiet tad-demm u testijiet oħra minħabba xi mard bħall-HIV u Hepatite. Iż-żewġ irġiel involuti, missier u iben kienu arrestati.

Fl-post kien hemm preżenti wkoll uffiċjali tal-Pulizija mill-ALE, RIU u anki mill-Kavallerija peress li kien hemm xi żwiemel miżmuma fi stat ħażin.