Futbol Sport

FUTBOL – Lille jkeċċu lil Bielsa

Lille ħabbru li keċċew lill-kowċ Marcelo Bielsa li kien ilu biss ftit xhur jokkupa l-kariga.

Bielsa beda jmexxi lill-klabb Franċiż f’Mejju li għadda u fl-ewwel logħba tal-kampjonat Lille kienu rebħu 3-0 kontra Nantes.

Madankollu minn dakinhar ‘l hawn it-tim naqas milli jirbaħ id-disa’ partiti ta’ wara u kollox beda ġej ħażin għal Bielsa.

Il-pressjoni li kellu fuqu ttaffiet ftit b’rebħiet fuq Metz u Saint Etienne imma t-telfa ta’ 3-0 kontra Amiens wasslet għat-tkeċċija ta’ dan il-kowċ li għandu 62 sena u li fil-passat mexxa lit-tim nazzjonali Arġentin.