Real Madrid reġgħu ġew inkurunati champions tad-dinja meta fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs għelbu lil Gremio tal-Brażil bi skor ta’ 1-0.
Ir-rebħa li kisbu ċ-champions Ewropej kienet waħda ferm aktar sofferta milli kien mistenni.
L-uniku gowl tal-logħba skurjah is-solitu Cristiano RONALDO li fit-53 minuta sab ix-xibka minn free kick dirett. Grazzi għal dan il-gowl Ronaldo kompla saħħaħ postu bħala l-aqwa skorer fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni.
Issa Real rebħu din it-tazza għat-tielet darba fl-istorja taghhom. Huma u Barcelona huma l-aktar żewġ timijiet li rebħu din it-tazza, tliet darbiet kull wieħed. Real saru anke l-ewwel klabb fl-istorja li rebaħ din it-tazza darbtejn infila. Din kienet il-ħames taza li Real rebħu din is-sena.
Ta’ min jinnota li qabel din it-tazza kienet tissejjaħ it-Tazza Interkontinentali u Real rebħuha tliet darbiet oħra.
Minn naħa tagħhom Gremio qatt ma rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs imma fl-1983 kienu rebħu t-Tazza Interkontinentali.
//= $special ?>