Il-Papa Franġisku qed iħejji biex, għada, jiċċelebra għeluq il-81 sena tiegħu. Dan meta għalih se tagħlaq dalwaqt sena oħra mimlija b’impenji ta’ fejda u fejn il-Papa, fost oħrajn, xtarr diversi messaġġi u appelli għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni waqt iż-żjarat madwar id-dinja.
Għeluq il-81 sena hu tragward partikulari għal kull bniedem u l-Papa, illum, uża l-okkażjoni biex iwassal l-apprezzament tiegħu lill-anzjani li rrefera għalihom bħala patrimonju tal-għerf u parti mill-memorja storika ta’ kwalunkwe komunità.
Il-Papa qal dan waqt diskors lil grupp ta’ żgħażagħ mal-moviment tal-Azzjoni Kattolika f’Ruma, meta din is-sena taħbat il-150 anniversarju mit-twaqqif tal-entità.
//= $special ?>

