Lokali

Il-Partit Nazzjonalista se jressaq emenda għall-mozzjoni dwar il-Park Majjistral

F’laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li saret illum wara nofsinhar, ġie maqbul li fid-diskussjoni  Parlamentari ta’ nhar it-Tnejn li ġej dwar il-mozzjoni tal-Park tal-Majistral titressaq emenda miż-żewġ viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista David Agius u Robert Arrigo kif ukoll mill-whip Robert Cutajar.

L-emenda li se titressaq tgħid li l-kamra tar-rappreżentanti għandha  taqbel li minħabba li ma kienx hemm qbil min-naħa tal-bord maħtur mill-istess Gvern li kien jinkludi n-Nature Trust, Gaia Foundation u Din l-Art Ħelwa u li dawn unanimament taw il-parir tagħhom kontra l-estensjoni taż-żieda fil-ħinijiet, il-Parlament għandu jaqbel li tinfetaħ konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet kollha nteressati ħalli tinstab soluzzjoni mal-partijiet kollha kkonċernati.

Il-Partit Nazzjonalista stieden lill-Gvern biex jaqbel ma din l-emenda biex tkun tista’ tintlaħaq soluzzjoni aċċettabbli.