Il-poplu Rumen u diversi distinti barranin taw l-aħħar tislima lill-eks-Re Michael tar-Rumanija, li miet fil-5 ta’ Diċembru fl-età ta’ 96 sena.
‘Il fuq minn 20,000 persuna pakkjaw it-toroq ta’ Bucharest għall-funeral Statali tal-eks-Re Rumen waqt li kienu preżenti wkoll membri tal-Familji Rjali minn madwar l-Ewropa, fosthom il-Prinċep Charles tal-Ingilterra u l-eks-Re ta’ Spanja, Juan Carlos.
L-eks-Re tar-Rumanija jibqa’ imfakkar għal sehmu fl-impenn biex ir-Rumanija, fl-1944, tispiċċa minn sieħba tan-Nażisti, u ddur fuq in-naħa tal-Alleati, lejn l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija.
//= $special ?>

