L-aħwa Bettina u Philippa Cassar bdew mill-ġdid jaħdmu fuq il-produzzjoni teatrali Mara hekk kif dan ix-xogħol tagħhom intagħżel biex jittella’ fit-Teatru Nazzjonali tal-Iskozja.
Mara hi produzzjoni b’messaġġ qawwi li kull mara għandha l-kapċitajiet tagħha. Filfatt, matul il-produzzjoni teatrali, l-udjenza tiltaqa’ ma’ diversi nisa li rnexxew matul iż-żmien, f’diversi perjodi u ta’ nazzjonalitajiet differenti.
Tkellimna ma’ Bettina u Philippa, magħrufa bħala The New Victorians għall-grupp mużikali li jiffurmaw flimkien.
//= $special ?>

