Internazzjonali

Arrestati għaliex kienu qed ikantaw innijiet tal-Milied

Sitt persuni kienu arrestati fl-istat Indjan ta’ Madhya Pradesh waqt li kienu qed ikkantaw innijiet tal-Milied. Dan wara li raġel akkużhom li bil-kant tagħhom kienu qed jippruvaw jikkonvertuħ għar-reliġjon Nisranija.
Wieħed minn dawk arrestati hu professur f’kulleġ reliġjuż u l-grupp kien qed idur irħula tal-lokal ikantaw innijiet tal-Milied. Il-karozza li kienu qed jużaw ingħatat in-nar minn grupp nies li ħebbew għalihom qabel ma waslet il-Pulizija.
L-Istat ta’ Madhya Pradesh hu mmexxi mill-partit estremista Ħindu, il-Bharatiya Janata, u hemm liġijiet stretti kontra dawk li jippruvaw jikkonvertu r-reliġjon.