Internazzjonali

Attakk suwiċida kontra knisja fil-Pakistan

Tal-anqas tmien persuni tilfu ħajjiethom fi knisja fi Quetta. Dan wara li din kienet il-mira ta’ attakk suwiċida minn żewġ terroristi.

L-attakk seħħ hekk kif il-knisja kienet mimlija nies u r-responsabbilta tal-attakk ittieħed mill-ISIS.
Uffiċjali qalu li l-vittmi kienu jkunu ferm akbar kieku t-terroristi ma kienu mwaqfa mis-sigurta mal-knisja. Fil-knisja fil-ħin tal-attakk kien hemm mal-200 persuna.