Rapport: Keane Cutajar
FLORIANA……………..0
BIRKIRKARA…………2
Floriana: I. Akpan, E. Pepe (D. Grima 81’), E. Ruiz, S. Pisani, C. Borg (L. Grech 46’), M. Vella, J. Cabral, A. Cini, A. Oyama, M. Fontanella, E. Marcelina.
Birkirkara: P. Schranz, C. Attard, L. Verone, N. Vukanac, M. Andelkovic, R. Scicluna, J. Grech (L. Cremona 72’), K. Zammit, C. A. Da Silva, B. Fernandez (R. Camenzuli 70’), L. Montebello (G. Nilson 85’).
Imwissija: K. Zammit 23’, C. A. Da Silva, C. Attard 82’ (B) S. Pisani 34’, L. Grech 57’ (F)
Skorjaw: J. Grech 12’, L. Montebello 17’ (B)
Referee: Glenn Tonna
Assistenti Referees: Alan Camilleri, Ryan Aquilina
Il-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Maurizio Vella (Floriana)
Attendenza: 716
Żewġ gowls kmieni fil-partita wittew it-triq għal rebħa karkariża. Floriana kienu għadhom friski mir-rebħa fil-finali tal-ġimgħa l-oħra u anke ddominaw il-partita iżda ma rnexxielhomx idawru l-bidu ħazin li kellhom f’gowls.
Fl-ewwel azzjoni tal-partita Birkirka marru fil-vantaġġ. Kien Jake GRECH li daħal tajjeb u spara ġewwa wara kross ta’ Bruno Fernandez. Ftit minuti wara Birkirkara għamluhom tnejn. Kien xogħol tajjeb ta’ Luke MONTEBELLO li b’finet għamel spazju għalih innifsu, tefa’ fis-saqaf tax-xibka bi ġmiel ta’ gowl.
Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, Mario Fontanella daħal tajjeb fil-kaxxa u prova jġib id-draw iżda x-xutt tiegħu kien wisq ċentrali u faċli għal Philip Schranz.
Floriana ħarġu fl-attakk għat-tieni taqsima u fil-50 minuta, free-kick maħdum tajjeb ta’ Floriana mogħti minn Maurizio Vella stampa mal-mimduda. Ftit wara, Juninho Cabral ittanta xortih u b’xutt imvenen ma rnexxielux jegħleb lil Schranz.
Vella reġa’ kien żvinturat li laqat il-lasta fit-68 minuta wara xutt b’saħħtu, b’Schranz megħlub. Ryan Camenzuli prova jqabbeż lil Akpan iżda il-ballun niżel wara l-mimduda lejn l-aħħar tal-partita.
//= $special ?>