Fl-aħħar jiem, il-kor Gaulitanus ta prestazzjonijiet mill-isbaħ waqt tour f’Lombardija bejn id-9 u t-13 ta’ Diċembru.
Dan il-‘concert-tour’ sar bl-ghajnuna tal-Kunsill Malti ghal Arti – ‘Export Culture Fund’, fuq stedina tal-Associazione Canticum Novum ta’ Bergamo u d-direttur fundatur tieghu Erina Gambarin.
Bħas-soltu f’dan il-‘concert-tour’, ipparteċipaw is-solisti prinċipali tal-kor li huma s-sopranos Annabelle Zammit, Patricia Buttigieg, Stephanie Portelli, u l-mezzo-soprano Marthese Borg. It-tenur Christian Tanti flimkien mal-baritoni Robert Xerri u Jean Noël Attard taw sehemhom ukoll biex dawn il-kunċerti kienu ta’ suċċess . Il-kor u s-solisti kienu akkumpanjati minn Stephen Attard fuq l-orgni filwaqt li Colin Attard idderieġa l-kor.
Din kienet it-tielet darba li l-kor ħa sehem f’kunċerti barra minn Malta matul is-sena 2017. Fis-snin passati, dan il-kor żar diversi pajjiżi fosthom ir-Renju Unit, il-Ġermanja, il-Greċja u l-Italja.
//= $special ?>