Jacks jinsab mill-ġdid mal-familja li tilef iktar minn tliet snin ilu, f’perjodu li matulu tilef sew mill-piż tiegħu u mtela’ feriti, iżda fortunatament mhux marid.
Azzjoni tal-Pulizija li wasslet biex il-klieb inħelsu aktarx li salvatu għaliex għalkemm Jacks instab li mhux marid, hu magħlub ħafna.
Net News iltaqa’ ma’ Steph u Ryan, li ħadu lura l-kelb u jingħaqad mill-ġdid fil-familja tagħhom; familja li fiha wkoll żewġ klieb u żewġ qtates oħra.
//= $special ?>

