Internazzjonali

Jinkixef li sal-2012, il-Pentagon kellu departiment li kien qed jinvestiga l-UFOs

Artiklu fi The New York Times kixef kif bejn l-2007 u l-2012, il-Pentagon kellu departiment sigriet li xogħolu kien li jinvestiga l-każijiet ta’ UFOs.
Jirriżulta li kienu biss ammont żgħir ta’ nies li kienu jafu b’dan id-departiment magħruf uffiċjalment bħala l-Advanced Aerospace Threat Identification Programme.
Id-departiment kien frott l-eks Senatur Demokratiku Harry Reid li dak iż-żmien kien imexxi l-maġġoranza fis-Senat Amerikan.


Il-programm militari Amerikan biex jinvestiga l-UFOs jidher li kien sewa mat-22 miljun dollaru u kien ingħalaq meta bdew isiru qtugħ fl-infieq militari. Imma rapporti oħra indikaw li xi uffiċjali minn dan id-departiment xorta komplew b’xogħolhom b’kollaborazzjoni ma’ oqsma oħra tal-Gvern Amerikan imma mhux f’rwol uffiċjali.