Skont Joseph Muscat, kienu l-MEP’s tal-Labour li kienu kruċjali biex vot imressaq minn sħabu s-soċjalisti Ewropej biex Malta tkun iddikjarata tax haven ma kienx approvat mill-Parlament Ewropew.
Meta kien qed jindirizza attivita’ politika fl-Imġarr Malta, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista qal li irrilevanti mill-fatt li storikament il-Partit Laburista kien kontra s-sħubija fl-Ewropa, hu l-Partit Laburista li hu pro-Ewropew.
Fi stqarrija bi twegiba għad-diskors ta’ Muscat, il-Partit Nazzjonalista tenna li l-Partit Laburista jeħtieġ jibda jikkonvinċi lil sħabu fl-Unjoni Ewropea. L-istqarrija tkompli li kieku ma kinitx għall-ħidma tal-Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista, din il-ġimgħa Malta kienet tingħata tikketta ta’ ‘tax haven’.
Il-PN qal li filwaqt li ftaħar bl-ekonomija, Joseph Muscat naqas milli jsemmi l-impatt li dan il-vot seta’ kellu fuq l-ekonomija kieku għaddiet tas-Soċjalisti.
Huwa ċar, mid-diskors ta’ Joseph Muscat li jrid li l-aġenda tal-Partit Nazzjonalista ssir minn ħaddieħor. Il-Partit Nazzjonalista tenna li dan iżda mhux se jkun il-każ għax il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li l-aġenda tal-Partit Nazzjonalista se jibda jagħmilha l-istess Partit Nazzjonalista.
Fid-diskors tiegħu, Muscat tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni fl-Air Malta u poġġa pressjoni fuq il-union tal-piloti biex jaqblu mal-kundizzjonijiet offruti mill-Gvern
Hu qallhom li ħadd ma jista’ jżomm lill-pajjiż ostaġġ.
Qabel Joseph Muscat tkellem l-eks Ministru Edward Zammit Lewis li qal li bit-tmexxija ta’ Joseph Muscat, il-Labour sar qisu r-Real Madrid
//= $special ?>

