Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara ħabta l-Iklin

Raġel ta’ 34 sena mill-Ħamrun qed isofri minn ġrieħi grava wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:30PM kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied, l-Iklin.

Il-ħabta seħħet bejn karozza Subaru Vivio misjuqa minnu u bejn karozza tat-tip Smart Roadster misjuqa minn ġuvni ta’ 24 sena li jgħix is-Swieqi.

Ir-raġel mill-Ħamrun ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post għall-għajnuna.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.