Żewġt irġiel ittieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza jsofru minn xi ġrieħi wara li dalgħodu għall-ħabta tal-11:30 kienu involuti f’inċident bil-mutur fil-Marsa. L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro, il-Marsa meta żewġ muturi kienu qed jinstaqu u f’ħin minnhom intlaqat raġel li kien għaddej bil-mixi.
Riżultat ta’ dan, is-sewwieq ta’ mutur Honda u r-raġel li kien miexi fit-triq ittieħdu l-isptar Materi Dei b’ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.
Is-sewwieq tal-mutur l-ieħor tat-tip Rhon Hein li għandu 29 sena u jgħix Ħal Għaxaq ma sofriex ġrieħi.
Fuq il-post waslu Pulizija li qed jinvestigaw dan l-inċident.
Aktar dettalji malli jaslulna.
//= $special ?>

