L-Għalliema , ħaddiema u tfal tal-iskola Primarja tal-Imqabba fil-Kulleġġ San Benedittu fl-aħħar ġimgħat bidlu l-iskola f’ambjent tal-Milied.
Il-kurituri ġew imżejna bi krafts li ħolqu l-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom, bl-uċuh ta’ kull wieħed u waħda minnhom stampati fuq il-bibien. Il-klassijiet ukoll mimlija daqs bajda bit-tiżjin, li baqa’ dieħel saħansitra sal-latrina tal-iskola!
//= $special ?>
