Il-Federazzjoni tal-Futbol fil-Ġermanja ħabbret li kull plejer Ġermaniż se jirċievi s-somma ta’ €350,000 jekk it-tim nazzjonali jerġa’ jirbaħ it-Tazza tad-Dinja fis-sajf li ġej.
Fl-2014 il-Ġermaniżi rebħu t-Tazza tad-Dinja li saret fil-Brażil meta fil-finali għelbu lill-Arġentina.
Din kienet ir-raba’ darba li l-Ġermanja rebħu t-Tazza tad-Dinja u dawn huma għal darba oħra fost il-favoriti netti li jerġgħu jirbħu dan l-unur. Fis-sajf li għadda l-Ġermanja, minkejja li kellhom diversi plejers titulari neqsin, rebħu anke t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet, turnament li jsir sena qabel it-Tazza tad-Dinja.
Jekk kemm-il darba l-Ġermanja jirbħu t-titlu jsiru l-ewwel tim sa mill-1962 li jkun rebaħ it-Tazza tad-Dinja darbtejn infila. Jekk itemmu bħala runners-up il-plejers jirċievu €200,000 filwaqt li jekk jispiċċaw fit-tielet post jieħdu €150,000 kull wieħed.
Fil-fażi tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja l-Ġermanja jilagħbu kontra l-Messiku, l-Iżvezja u l-Korea t’Isfel.
//= $special ?>