Transport Malta ħabbret li matul il-ġurnata ta’ għada, il-kuntrattur tal-Kappara se jqiegħed l-aħħar livell tal-asfalt fil-biċċa kollha mill-iskatepark sal-pont tal-Kappara, fuq in-naħa ta’ San Ġwann.
Dan ifisser li mid-9 ta’ filgħodu ‘il quddiem it-triq ser tkun magħluqa hekk kif il-kuntrattur se jqiegħed l-aħħar livell tal-asfalt fl-islip road li tieħdok lejn il-Kappara, fil-mina tal-Universita’, l-islip road mill-iskatepark u t-triq fuq in-naħa ta’ San Ġwann.
Filwaqt li t-traffiku se jgħaddi mill-Imsida, Transport Malta spjegat li se jkun hemm korsija waħda lejn id-direzzjoni tal-Belt Valletta mil-islip road tal-Gżira u żewġ korsiji fuq il-pont tan-naħa tal-Gżira minn wara t-08:30 ta’ filgħodu.
Il-Pubbliku huwa mħeġġeġ jevita iż-żona kemm jista’ jkun.
//= $special ?>

