Il-Parlament approva mozzjoni dwar il-Park tal-Majjistral kif emendata bl-emendi taż-żewġ viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista David Agius u Robert Arrigo kif ukoll mill-whip Robert Cutajar. Il-vot għadda bi 62 vot favur u 2 kontra.
L-emenda hi biex il-kamra tar-rappreżentanti taqbel li minħabba li ma kienx hemm qbil min-naħa tal-bord maħtur mill-istess Gvern li kien jinkludi n-Nature Trust, Gaia Foundation u Din l-Art Ħelwa u li dawn unanimament taw il-parir tagħhom kontra l-estensjoni taż-żieda fil-ħinijiet, il-Parlament għandu jaqbel li tinfetaħ konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet kollha nteressati ħalli tinstab soluzzjoni mal-partijiet kollha kkonċernati.
Fil-Parlament l-Oppożizzjoni stiednet lill-Gvern biex jaqbel ma din l-emenda biex tkun tista’ tintlaħaq soluzzjoni aċċettabbli, bil-Whip tal-Gvern iwieġeb li l-Gvern jaqbel mal-emenda tal-Oppożizzjoni. Il-Whip tal-Gvern qal li jinnota l-mozzjoni u li jaqbel mal-Partit Nazzjonalista biex tkompli l-konsultazzjoni. Dan ifisser li b’din l-emenda l-Partit Nazzjonalista qed jitlob biex il-Gvern jwaqqaf l-avviż legali u jerġa jiddjaloga mal-partijiet konċernati.
Il-vot isegwi dibattitu li sar dalgħodu fil-Parlament dwar il-mozzjoni dwar il-Park tal-Majjistral, bil-whip tal-Gvern Byron Camilleri li ddikjara li l-Gvern jaqbel mal-emenda tal-Partit Nazzjonalista biex tkompli d-diskussjoni dwar il-Palk tal-Majjistral.
Reazzjoni Partit Nazzjonalista: Il-Parlament sab konsensus wara emenda mressqa mill-PN
Wara dan id-dibattitu, u qabel ittieħed il-vot, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Gvern se jkun qed jivvotta favur emenda mressqa minnu rigward l-mozzjoni tal-park tal-Majjistral. Dan ifisser li hemm konsensus fil-Parlament dwar l-emenda mressqa mill-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista jemmen li f’din l-kwistjoni rebaħ is-sens komun u coie’ li issir konsultazzjoni wiesa’ mal-partijiet kollha nvoluti dwar t-triq ‘il quddiem f’dan il-park tal-Majjistral.
Dan huwa il-mod ġdid kif il-Partit Nazzjonalista se jibda jwettaq il-politika, taħt it-tmexxija ta’ Adrian Delia. Politika li ssib kunsens fejn meħtieġ u tikritika, anke’ b’mod qawwi fejn jkun hemm il-bżonn.
//= $special ?>