Illejla bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u s-6.00 ta’ filgħodu ser jingħata l-asfalt fi Triq Manwel Dimech Ħal Qormi. Dan tħabbar minn Transport Malta hekk kif ġie spjegat li t-triq minn ħdejn ir-roundabout fejn il-Pavi Supermarket sa ħdejn ir-roundabout ta’ ħdejn Gaff Petrol Station mhux ser tkun aċċessibbli għat-traffiku, inkluż għat-trasport pubbliku.
Transport Malta ħeġġet lill-pubbliku sabiex jevita din iż-żona u jgħaddi minn toroq alternattivi.
Uffiċjali ser ikunu fuq il-post biex jgħinu fl-immaniġġjar tat-traffiku.





