Futbol Sport

Kakà jirtira mill-futbol

L-eksplejer ta’ AC Milan, Kakà ħabbar li rtira mill-futbol.

Il-Brażiljan għamel dan permezz tal-midja soċjali fuq il-profil tiegħu. Matul il-karriera tiegħu, Kakà lagħab ukoll ma’ San Paolo, Real Madrid u Orlando City. Kemm dam ma’ AC Milan rebaħ iċ-Champions League fl-istaġun 2006/07 u l-Ballun tad-Deheb fl-2007.

Il-plejer Brażiljan kien jilgħab anke mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu u fl-2002 kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja.

Fl-Italja, speċjalment f’Milan, huma ħafna dawk li qed jistennew biex jaraw x’se jkun il-pass li jmiss fil-karriera tiegħu fil-futbol.

L-aħħar darba li tfaċċa f’Milan, Kakà ma eskludiex li jirritorna mal-klabb bħala diriġent.