Tibqa’ mhux solvuta l-kwistjoni bejn l-MCAST u l-Union tal-Għalliema, l-MUT, liema kwistjoni fl-aħħar jiem wasslet għal azzjonijiet industrijali u bi żbrixx ma ssarfitx f’azzjonijiet industrijali u strajk li kien se jaffettwa lill-istudenti.
Fl-aħħar jiem kellha ssir laqgħa fejn kellha tiġi preżentata proposta finanzjarja għal ftehim kollettiv għall-edukaturi tal-MCAST dwar dak li għandu x’jaqsam mal-paga u l-kundizzjonijiet attwali tax-xogħol.
Iżda jidher li d-diskussjonijiet ma wasslux għall-ftehim tant li l-MCAST issa talab lid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol biex issir laqgħa konċiljatorja.
Fi stqarrija, l-MCAST iddikjara li bil-ftehim kollettiv, l-istaff akkademiku kollu tal-Kuleġġ se jirċievi kundizzjonijiet finanzjarji u tax-xogħol ferm aħjar minn dawk preżenti u li dan jista’ jinkiseb b’laqgħat madwar mejda.
Fl-aħħar jiem il-President tal-MUT Marco Bonnici kkundanna l-attakki li qed isiru fil-konfront tal-edukaturi tal-MCAST li obdew id-direttivi industrijali bħala protesta għall-kundizzjonijiet attwali tax-xogħol tagħhom u l-paga li għalih jirċievu.
//= $special ?>
