Il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li Malta jixirqilha Partit Nazzjonalista pożittiv u Oppożizzjoni f’saħħitha jiddomina l-ewwel paġna tal-ġurnal In-Nazzjon.
Stejjer oħra ewlenin jittrattaw l-argument f’In-Naxxar li wassal għal żagħżugħ li ġie ferut b’sikkina, ir-reazzjoni tal-MEP David Casa li mhux se jkun intimidat minn ebda azzjoni legali li tista’ ssir mill-FIAU, u mill-aħbarijiet ta’ barra l-attakk terroristiku kontra knisja fil-Pakistan.
Bħal kull nhar ta’ Tnejn In-Nazzjon jippubblika intervista ma’ Oliver Friggieri li llum janalizza l-festi nazzjonali li tiċċelebra Malta.
//= $special ?>