Internazzjonali

Sospiżi l-azzjonijiet industrjali mill-bdoti tar-Ryanair

Il-bdoti tar-Ryanair fl-Irlanda sospendew strajk ta’ ġurnata għal din il-ġimgħa.
L-union Impact, li tirrappreżenta l-bdoti bażati fl-Irlanda, qablet li t-Tlieta tiltaqa’ mat-tmexxija tar-Ryanair biex tiddiskuti s-sitwazzjoni. L-istrajk kien se jsir l-Erbgħa.
Il-Ġimgħa, ir-Ryanair qabel li tagħti għarfien lill-unions. Dan fi sforz aħħari li tevita l-azzjonijiet industrijali fl-eqqel tal-btajjel tal-Milied.
Kien se jkun hemm strajks mill-impjegati tar-Ryanair f’pajjiżi oħra Ewropej imma dawn ukoll kienu sospiżi.
Ir-Ryanair għall-ewwel darba tat għarfien lill-unions wara li l-bdoti fl-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja l-Protugall heddew li joħorġu fuq strajk.