Internazzjonali

Tal-inqas 6 persuni mejta wara inċident ferrovjarju fl-Istati Uniti

Tal-inqas sitt persuni spiċċaw mejta wara li ferrovija spiċċat ħarġet mill-binarji waqt li kienet għaddejja minn fuq pont qrib Seattle, fl-Istati Uniti.

Il-ferrovija tal-kumpanija Amtrak nqelbgħet minn fuq il-pont għal ħabta tat-8am ħin Amerikan waqt il-vjaġġ inawgurali ta’ din il-kumpanija ferrovjarja.

Tal-inqas 77 ersuna indarbu wara li żewġ vaguni ħarġu mill-binarji bil-konsegwenza li sfortunatament waqgħu fuq xi vetturi li kienu għaddejjin minn taħt il-pont.

Filwaqt li l-ammont ta’ nies midruba mistenni jiżded bosta esprimew ix-xokk tagħhom wara li raw it-traġedja sseħħ quddiem għajnejhom.

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump tkellem fuq il-midja soċjali ta’ Twitter fejn irringrazzja lil dawk kollha li taw l-ewwel għajnuna filwaqt li insista li preżentament qed isegwi kollox b’attenzjoni mill-White House.