Kunsilli Lokali Lokali

Ser jinħoloq Kunsill Lokali għat-tfal fis-Siġġiewi

Fil-laqgħa li saret it-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi approva b’mod unanimu mozzjoni biex jitwaqqaf fi ħdanu Kunsill Lokali għat-Tfal.

Il-mozzjoni tressqet mis-Sindku tas-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit li qalet li din l-inizjattiva tħeġġeġ lit-tfal jagħtu sehem ikbar fil-komunità u fid-demokrazija.

Alessia Psaila Zammit rreferiet ukoll għall-Politika Nazzjonali għat-Tfal li tħeġġeġ li t-tfal ikunu parteċipi fi proċessi demokratiċi u li jkollhom għarfien tad-drittijiet tagħhom.

Is-Sindku qalet li l-Kunsill Lokali għandu l-ħsieb jinvolvi lill-Kunsill Lokali għat-Tfal f’diversi attivitajiet u nzjattivi biex anke l-iżgħar ċittadini Siġġiwin ikunu parteċipi fil-ħidma tal-Kunsill Lokali u l-komunità Siġġiwija.