Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo se jmur Franza biex illum jikkontrolla l-partita valida mid-disa’ ġurnata tal-fazi tal-gruppi minn Grupp A tal-FIBA EuroLeague li se tintlagħab fil-Palacium Arena ġewwa Villeneuve d’Ascq.
Il-logħba bejn iċ-champions Franċizi Lille, li bħalissa jinsabu fit-tielet post fl-grupp magħmul minn tmien timijiet, u t-tim qawwi Russu Dynamo Kursk li jinsabu fl-ewwel post.
Minbarra Vassallo l-uffiċjali oħra għal din il-logħba, se jkunu Vasilieu Tsaroucha mill-Greċja) u Wojciech Liszcka mill-Polonja.
//= $special ?>