Numru kbir ta’ persuni li dalgħodu daħlu l-Belt biex jiffirmaw il-konvenju għal qabar tal-Gvern kellhom imorru lura d-dar bla firma. Dan wara l-kaos li inqala’ fi Starda Merkanti u l-kju twil barra l-Ministeru tas-Saħħa.
Nies li tkellmu magħna qalulna li l-appuntamenti ingħataw għat-8:15am, l-10:15am u 12:15pm għalkemm f’kull siegħa kien hemm għexieren ta’ nies li issejħu għall-konvenju tal-oqbra fl-Addolorata.
Jirriżulta li meta raw dawk in-nies kollha u rrealizzaw li mhux se jlaħħqu bdew iċemplu lin-nies fuq il-mobile u jgħidulhom biex aħjar jigu darb’oħra l-Ministeru u li se jtuhom appuntament ieħor. Dan b’inkonvenjent kbir għall-persuni li kienu diġa’ daħlu l-Belt dalgħodu.
“Kien hemm diżorganizzazjoni organizzata”, qalilna wieħed mill-persuni li kellu l-appuntament kmieni dalgħodu.
//= $special ?>