QRENDI …………………………1
QORMI …………………………..1
Qrendi: J. Azzopardi, M. Farrugia, P. Mrvic, D. Santos Da Hora, L. Scorfna, E. Amaira, T. D’Amato, S. Nakamura, J. Spiteri, K. Abela, A. Agius.
Qormi: J. Azzopardi, J. Caetano Da Silva, Y. Yankam, A. Cassar, A. Abela, L. Adamec, J. Salaroli, L. Busuttil, T. Guzman, N. Ghio, I. Zammit.
Referee: Alex Johnson
Il-logħba bejn Qormi u Qrendi li bdiet tintlagħab fis-Centenary Stadium kellha tiġi abbandunata wara kwarta logħob meta fl-azzjoni tal-gowl tad-draw ta’ Qrendi, il-lasta tmejlet lura u ma setgħetx titpoġġa lura f’postha.
Kollox seħħ mal-gowl tad-draw ta’ Santos Da Hora, bl-istess plejer jispiċċa fix-xibka u kien hawn li l-lasta nġibdet lura. Minkejja diversi tentattivi biex il-lasta tkun irranġata kien evidenti li se jkun ferm diffiċli li din tissewwa mingħajr għodda u ħaddiema speċjalizzati.
Wara tmien minuti u bil-ħin jimmarka 23 minuta r-referee Johnson ma kellux triq oħra għajr li jabbanduna l-logħba. Fil-kwarta logħob Qormi bdew aħjar u wara ħdax-il minuta marru minn fuq meta Luke Busuttil qassam mil-lemin lejn CAETANO DA SILVA li mill-viċin ma falliex biex skorja d-disa’ gowl tiegħu tal-istaġun. Iżda tliet minuti wara l-iskor sar indaqs meta minn freekick ta’ Aaron Agius, il-gowlkiper ta’ Qormi ma żammx il-ballun u mill-viċin DHONATTAN SANTOS DA HORA kompla għal ġewwa mill-viċin.
//= $special ?>