Matul il-lejl li għadda persuna jew persuni, daħlu fl-Uffiċċju Parrokkjali tal-parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi u serqu ammont sostanzjali ta’ flus kontanti, li kienu lesti biex jiġu ddepożitati l-bank.
Ħafna mill-flus miġbura ġew mill-ġbir fil-knisja fil-weekend li għadda u minn xi attivitajiet ta’ fundraising.
Insterqu wkoll flus li kienu għall-intenzjonijiet tal-Quddies għall-mejtin għal matul is-sena 2018.
Fuq Facebook, l-istess parroċċa Qormija appellat sabiex minn għandu xi informazzjoni jgħaddiha minnufih u b’mod kunfidenzjali lill-pulizija fl-għassa ta’ Ħal Qormi.
//= $special ?>