Futbol Sport

Napoli fil-kwarti tal-finali tal-Coppa Italia

Lorenzo Insigne skorja l-gowl rebbieħ (Ritratt: EPA)

Napoli rnexxielhom jikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali tal-Coppa Italia meta għelbu lil Udinese 1-0 fi Stadio San Paolo. Il-kowċ Maurizio Sarri bidel diversi plejers mill-formazzjoni inizjali u l-logħob mistenni minnhom naqas ftit, bil-kowċ Taljan ikollu jirrikori għal plejers bħal Lorenzo Insigne u Dries Mertens. Udinese offrew sfida denja fejn kienu organizzati.

Napoli skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-71 minuta f’azzjoni maħduma bejn is-sostituti b’Dries Mertens iqassam djagonalment lejn Lorenzo INSIGNE li avvanza u baqa’ dieħel fil-kaxxa biex għeleb lil Scuffet b’xutt djagonali fil-baxx għar-rokna.

B’din ir-rebħa, Napoli jilagħbu kontra r-rebbieħ bejn Sassuolo u Atalanta.

 

Għada

Atalanta v Sassuolo         3.00pm

Roma v Torino                  5.30pm

Juventus v Genoa            8.45pm