Appell ieħor lejn l-aħħar tal-kampanja Chidren’s Dreams wassal biex issa kull tifel u tifla se jirċievu r-rigali li huma xtaqu.
Il-Kampanja Children’s Dreams, kienet imnedija f’Novembru li għadda, b’diversi persuni kienu kkommettew ruħhom li se jixtru rigal, iżda dawn baqgħu qatt ma’ xtraw ir-rigal tat-tfal. B’dan iwassal biex ħafna tfal kienu għadhom bla rigal, iżda appell fl-aħħar siegħat, saħansitra fuq il-programm Net Live, wassal biex Children’s Dreams irċevew mijiet ta’ rigali u b’hekk se ix-xewqa ta’ kull tifel u tifla se ssir realta’.
Fost ir-rigali li xtaqu t-tfal hemm ħwejjeġ, żraben, ġugarelli, lezzjonijiet tal-Malti u l-Ingliż sa rigali aktar essenzjali bħal vouchers għall-ikel.
//= $special ?>

