Attakk vandalu fuq Bieb il-Bombi fil-Floriana, minn persuna jew persuni fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa.
Jidher li tard mal-lejl li għadda, inkitbu kliem t’offiża lejn il-pajjiż ma’ dan il-monument nazzjonali.
Tul dawn l-aħħar xahar kien hemm numru t’attakki vandali fil-Floriana fosthom kemm fi Ġnien il-Mall, Ġnien Herbert Ganado u kif ukoll fi Ġnien Re George V.
Fl-aħħar xhur ukoll kien tqajjem il-punt mal-awtoritajiet konċernati dwar in-nuqqas ta’ sigurtà fejn Bieb il-Bombi.
//= $special ?>







