“L-istudent spiċċa l-vittma ewlenija ta’ azzjoni industrijali, b’detriment lejn l-istudju tagħna”. Dawn kienu l-ewwel reazzjonijiet tal-istudenti fl-MCAST, hekk kif issa wara kważi tliet ġimgħat il-problema fl-MCAST kompliet tippersisti u tibqa’ tħalli lill-istudent bla serħan tal-moħħ għall-istudju tagħhom. L-għalliema fl-MCAST ħadu azzjoni industrijali skont id-direttivi tal-MUT.
Danika Formosa f’isem il-Kunsill tal-Instituti fl-MCAST stqarret magħna li l-problema qed taffetwa lill-istudent issa b’mod dirett.. b’appell biex l-amministrazzjoni tal-MCAST u l-MUT jaslu għall-konklużjoni fil-ftehim.
Issa l-għalliema lanqas biex qed jikkoreġġu l-assignments, u mhux jagħtu feedback fuq xogħol ieħor relatat mal-istudji tal-istudent. Xi klassijiet tal-istudju qed jinżammu magħluqa mill-istess għalliema. Ir-rassenja qed issir iżda mhux qed tingħata lill-amminsitrazzjoni.
Fost oħrajn dawn huma punti li qed ikunu ta’ detriment lejn l-istudju tal-istudent, bl-eżamijiet u t-testijiet jinsabu wara l-bieb mal-bidu tas-sena d-dieħla.
Kelliema oħrajn f’isem l-istudenti, Nathaniel Cutajar f’isem il-Kunsill tal-Instituti u Ahmed Lamlum, il-President tal-KSM qalulna li fl-aħħar tliet ġimgħat kienu bosta l-istudenti li avviċinawhom bi tħassib serju dwar kif dawn id-direttivi qed jiġu implikati fuq l-istudent.
Formosa qaltilna li huwa fatt magħruf li hemm uħud mill-għalliema li mhux qed jaħdmu f’kundizzjonijiet tajba, iżda dan kollu m’għandu ipoġġi xkiel lill-istudent fl-istudji tagħhom.
L-istudenti temmew il-konferenza bili esprimew t-tama li ż-żewġ partijiet inkwistjoni jilħqu ftehim li minnu jista’ jgawdi kulħadd u b’hekk l-istudji tal-istudent ma jibqax jiġi affetwat b’mod negattiv.
//= $special ?>