Il-Gvern, il-konsorzju li bena l-powerstation il-ġdida tal-gass, l-Electrogas u l-Enemalta ffirmaw is-Security of Supply Agreement tal-Powerstation.
Il-ftehim ġie ffirmat f’Kastilja mill-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, f’isem il-Gvern u dan minkejja li Konrad Mizzi m’għadux responsabbli mis-settur tal-Enerġija.
Minn naħa tiegħu l-Ministru responsabbli mis-settur tal-enerġija Joe Mizzi, li kien preżenti wkoll flimkien mal-Ministru tall-Finanzi Edward Scicluna, tkellem dwar ix-xogħol fuq il-pipeline tal-gass biex pajjiżna jingħaqad mal-grid ewropew fit-settur tal-enerġija. Il-Ministru Joe Mizzi qal li dan hu proġett importanti.
Il-proġett tal-pipeline tal-gass kien proġett li kien diġa’ fil-pjan ta’ Gvern Nazzjonalista u kien anke diskuss f’Summit tal-Unjoni Ewropea f’Jannar tal-2013.
Qabel ġie ffirmat il-ftehim tkellem wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat li fid-diskors li għamel irringrazzja b’mod partikolari lill-Konrad Mizzi li wettaq il-proġett.
Il-Konsorzju tal-Powerstation il-ġdida, Electrogas se jkun qed jingħata għajnuna mill-istat ta’ 1.4 biljun ewro fuq medda ta’ 18-il sena. Din l-informazzjoni kienet ippublikata mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-gvern se jkun qed iħallas lill-electrogas is-somma ta’ €77.56 miljun fis-sena. Għalhekk dan kollu jfisser li l-electrogas se tkun ġabret l-ispiża li tkun għamlet fi żmien sitt snin.
L-għajnuna finanzjarja mill-Gvern se tingħadda permezz ta’ ftehim għax-xiri tal-elettriku u l-provvista tal-gass.
//= $special ?>

