Lokali

Il-Gvern mistenni jfalli l-mira sal-aħħar tas-sena

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret illejla, il-Ministru Konrad Mizzi indika li se jkun diffiċli biex jintlaħaq il-ftehim mal-piloti sal-aħħar tas-sena.

Dan ifisser li mhux se tintlaħaq il-mira tal-Gvern li l-ftehim kolletiv kollha li kellhom jiġu ffirmati mas-sezzjonijiet differenti tal-ħaddiema tal-Air Malta mhix se tintlaħaq.

Mistoqsi minn dan is-sit, Konrad Mizzi qal li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u l-Gvern se jibda proċess biex jara x’opportunitajiet oħra jista’ joffri lill-piloti. Hu żied jgħid li dan hu proċess li għandu jieħu ġimgħat.

Qal ukoll li l-offerta tal-Gvern taż-żieda ta’ 19% fil-pagi tal-piloti hi finali minkejja li l-ALPA qed tgħid li dan mhux biżżejjed. Hu saħaq li dan il-ftehim hu importanti għaliex jekk ma jintlaħaqx se jitfa’ lura l-pjanijiet tal-Gvern li jkompli jkabbar l-Air Malta u dan jista’ joħloq problema mal-banek.