Lokali

Il-Parlament jerġa’ jiltaqa’ nhar it-Tnejn 15 ta’ Jannar

Il-Parlament ilbieraħ filgħaxija aġġorna għall-vaganzi tal-Milied u s-Sena l-ġdida, u se jerġa’ jiltaqa’ nhar it-Tnejn 15 ta’ Jannar.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne aġġorna x-xogħol tal-Kamra tar-Rappreżentati u qal li l-aġenda tal-ewwel seduta tas-sena l-ġdida tkun komunikata aktar tard.

Id-Deputat Prim Ministru, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament, David Agius, kif ukoll l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia, wasslu l-awgurju tal-Milied u s-Sena l-ġdida lill-membri parlamentari kollha u lill-ħaddiema tal-Parlament.

Minn meta jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Parlment, intlaħaq qbil li fil-ġurnata tal-Erbgħa, il-Parlament jiltaqa’ bejn l-4pm u s-7.30pm.