Il-Partit Nazzjonalista jaqbel mal-ħatra tal-Professir John Mamo bħala Chairman tal-MFSA. Il-Partit Nazzjonalista għandu fiduċja fl-abbilitajiet tal-Profs Mamo u jawguralu suċċess f’dan l-irwol ġdid li se jokkuppa.
Fi stqarrija l-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista għas-Servizzi Finanzjarji, Gaming, u IT Kristy Debobo u Mario de Marco Kelliem għall-Finanzi qalu li l-Partit Nazzjonalista diġà esprima s-sentiment tiegħu ta’ qbil dwar il-ħatra tal-Professur John Mamo mal-Gvern. Bħal ma dejjem għamel il-Partit Nazzjonalista jikkonferma li fis-settur finanzjarju se jkun qed jaħdem mal-Gvern biex dan jisaħħaħ.
//= $special ?>