Tomas Rosicky ħabbar li rtira mill-futbol milgħub fl-età ta’ 37 sena. L-eks internazzjonali tar-Repubblika Ċeka kien irritorna ma’ Sparta Praga, il-klabb fejn beda l-karriera fl-2016, wara 10 snin fil-Premier League Ingliż ma’ Arsenal.
“Wara li ħsibt ħafna, irrealizzajt li ma nistax aktar nipprepara ġismi għal dak li jitlob il-futbol professjonali. Nixtieq nirringrazzja lil Sparta talli għenuni fl-ewwel passi tiegħi fil-karriera tiegħi ma’ klabbs kbar, u talli ħallewni nsellem il-post li nħobb l-aktar.”
Rosicky rebaħ żewġ FA Cups ma’ Arsenal, iżda naqas li jilgħab aktar minn 28 logħba fil-Premier League f’kull staġun li għamel mal-klabb. Il-midfielder lagħab aktar minn 100 logħba mat-tim nazzjonali tar-Repubblika Ċeka.
//= $special ?>